Mibgħut Sent or called

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal MIBGĦUT għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel, id waħda tieħu l-forma ta’ 1 u ddur orizzontalment quddiem il-ġenb tal-wiċċ bil-pala tħares ’il ġewwa. (ii) Imbagħad, il-werrej jersaq quddiem il-ħalq (jista’ jolqtu ħafif) u jinżel ftit l-isfel. (iii) Fl-aħħar, l-id tinbidel fil-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il ġewwa u timxi dritt lejn il-ġenb l-ieħor, bil-ponot tas-swaba’ jħarsu fl-istess direzzjoni.

The sign for SENT or CALLED consists of three parts. (i) First, one hand takes the shape of 1 and rotates horizontally in front of the side of the face with the palm facing inwards. (ii) Then, the index finger moves to just in front of the mouth (or it might just hit it lightly) and moves down a little. (iii) Finally, the hand changes to the 5 shape with palm facing inwards and moves straight to the other side, with fingertips facing the same direction.